Ara għaliex importanti l-manutenzjoni tas-substations
01.02.2023
Is-substations huma holqa importanti fil-katina li tifforma s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. It-tagħmir fis-substations irid jinżamm fi stat tajjeb biex jiġu evitati interruzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku.
It-tim tal-inġiniera u t-tekniċi tagħna għandhom skeda ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni għal kważi elfejn substations li jnsabu mifruxa fil-lokalitajiet kollha.
F’din il-manutenzjoni jiġi spezzjonat it-tagħmir kollu mit-transformers sas-switchgear. Meta jkun meħtieġ jinbidel iż-żejt tat-transformers kif ukoll isir tibdil fit-tagħmir u t-tindif tiegħu.
Waqt li isiru dawn ix-xogħlijiet, ikollha nitfgħu s-substations biex ma jkunx hemm perikli għal ħaddiema. Waqt li nagħmlu dan, navżaw lil klijenti affettwati dwar sospensjoni temporanja tal-elettriku sakemm titlesta l-manutenzjoni.