Tisħiħ fil-provvista tal-elettriku għar-residenti f’B’Bugia

06.02.2023

Bħalissa fiż-żona tal-housing estate ta’ Birżebbuġa qed jitqabbdu żewġ feeders ġodda li ġew imqegħda taħt l-art aktar kmieni din is-sena.

Dawn iż-żewġ feeders huma parti mis-6️ feeders li tqegħdu u qegħdin jinxtgħelu f’Birżebbuġa f’tal-Papa u fil-Housing Estate f’dawn il-ġimgħatejn.

Permezz ta’ dawn il-feeders ser nilqgħu għaż-żieda fid-domanda mistennja miħabba żviluppi ġodda f’dawn iż-żoni, u huma parti mill-pjan ta’ investiment fis-sistema ta’ distribuzzjoni.