Bidla ta’ Transformer f’Substation fil-Manikata, fost oħrajn

16.03.2023

F’substation fil-Manikata għaddej il-proċess ta’ tibdil ta’ transformer ta’ 800 kVA għal wieħed b’kapaċita ta’ 1️000kVA.

It-transformer il-ġdid huwa mgħammar b’on-load tap changer. Dan jippermetti li jinbidel il-vultaġġ skont il-bżonn tan-network, mingħajr ma jintefa t-transformer u jagħmel tajjeb għat-tibdil tal-vultaġġ tal-konsumaturi skont l-eżiġenzi tal-ġurnata; domanda tal-konsumaturi u ġenerazzjoni tal-pannelli fiż-żona affettwata.

Sakemm isir ix-xogħol neċessarju fuq it-transformer il-ġdid, ir-residenti u negozji tal-madwar qed jingħataw il-provvista tal-elettriku minn generator biex b’hekk jitnaqqas il-ħin tal-interruzzjoni tal-provvista.