L-Aġenzija tal-credit rating S&P itejjeb ir-rating tal-Enemalta għal BB-

 

14.04.2023

 

 

L-Aġenzija tal-credit taring S&P tejbet ir-rating tal-Enemalta għall-livell ta’ BB- wara li l-ekonomisti tal-aġenzija għamlu evalwazzjoni. Ir-rating il-ġdid jirrifletti l-għajnuna li l-gvern qiegħed jagħti biex jiżgura li l-kontijiet tal-elettriku għal konsumaturi f’Malta u Għawdex jibqgħu stabbli.

“Ir-rating tal-Enemalta huwa imsejjes fuq l-appoġġ kontinwu u straordinarju li l-gvern Malti qiegħed jagħti lil kumpanija” jgħid ir-rapport tal-S&P.

L-aġenzija internazzjonali tinnota dan l-appoġġ kontinwu u fil-ħin li l-gvern ta’ lill-Enemalta biex jinżammu l-kontijiet stabbli tul il-kriżi internazzjonali tal-prezzijiet tal-enerġija.

L-Enemalta stqarret is-sodisfazzjon għal dan ir-rating ġdid li barra l-livell ta’ BB- jgħid li l-prospetti tal-kumpanija huma stabbli. L-Enemalta innotat ukoll li r-rapport tal-S&P tejjeb bit-tliet gradi mill-profil B- l-stand-alone credit profile (SACP) tal-kumpanija.

Jonathan Cardona, l-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta wera sodisfazzjon għal din l-analiżi pożittivi mill-ekonomisti tal-aġenzija S&P. Huwa radd ħajr lil ħaddiema għad-dedikazzjoni tagħhom fi żmien meta l-kumpanija kellha żminijiet diffiċli minħabba ż-żidiet bla preċedent fil-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija.

“Minkejja l-prezzijiet straordinarji tal-gass, grazzi għal sapport tal-gvern, l-Enemalta tat spinta l-programm t’ investiment għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni biex itejjeb is-servizz tal-elettriku lill-konsumaturi fl-istess waqt li ma għollietx it-tariffi” qal is-Sur Cardona. “L-Enemalta hija determinata li tkompli tiżviluppa l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-elettriku b’rispett sħiħ lejn l-ambjent u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi tagħha.