Laqgħat dwar xogħolijiet fiż-Żurrieq

23.01.2024

Uħud mill-ħaddiema tagħna ltaqgħu mal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Rigenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli u delegazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq biex jiddiskutu x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa f’din il-lokalità.

Flimkien mac-Chairman Eżekuttiv Ryan Fava, spjegajna kif fiż-Żurrieq qed inżidu diversi cables ġodda taħt l-art sabiex inkomplu ntejbu s-servizzi tal-elettriku għall-klijenti tagħna f’din il-lokalità u l-inħawi.