Transformer ġdid fix-Xewkija

29.01.2024

Fix-Xewkija, l-ħaddiema tal-Enemalta biddlu transformer ta’ din is-substation ma’ wieħed b’kapaċità akbar, sabiex inkomplu nsaħħu l-kapaċità tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’dawn l-akwati.

Bħala parti mill-pjan ta’ tisħiħ tal-infrastruttura tagħna, kull sena qed insaħħu u nimmodernizzaw ħafna substations , sabiex inkomplu ntejbu s-servizzi tagħna lill-klijenti f’Malta u Għawdex.