Tisħiħ fis-sistema tal-enerġija
11.03.2024
Għaddejjien b’xogholijiet biex insaħħu s-sistema ta’ Distribuzzjoni tal-elettriku.
Qed nżidu kilometri ta’ konnessjonijiet ta’ cables ġodda bejn ċentri tad-distribuzzjoni, substations u ħoloq oħra tan-netwerk tal-pajjiż.
Fin-Nadur qegħdin inżidu konnessjonijiet ġodda tal-11-il kilovolt sabiex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tagħna f’Għawdex.
Fiż-Żurrieq bdilna t-transformer ta’ din is-substation ma’ wieħed akbar u b’teknoloġija aktar avvanzata, biex b’hekk inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’dawn l-inħawi.
Dan l- investiment qed isiru sabiex intejbu s-servizzi tal-elettriku f’Malta kif ukoll f’Għawdex