Tisħiħ fid-distribuzzjoni tal-elettriku
26.04.2024
Kif qiegħdin nagħmlu kull sena, bħala parti mit-tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku, din is-sena ser jiżdiedu madwar 40 substation ġdida f’Malta u Għawdex.
F’Birkirkara biddilna t-transformer ta’ din is-substation għal wieħed ġdid b’kapaċità ikbar, sabiex inkomplu nsaħħu s-servizzi tal-elettriku għall-klijenti tagħna f’dawn l-inħawi.
Bħala parti oħra minn proġett estensiv ta’ rinfurzar, qed jitqegħdu cables ġodda ta’ 11 -il kilovolt fil-Mosta.
Bħalissa, għaddejjin ukoll, b’xogħlijiet simili f’ħafna lokalitajiet oħrajn sabiex inżidu r-reżiljenza tas-sistema tad-distribuzzjoni.