Malta tilqa’ l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea biex tinżamm l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija.’

17.06.2024

Wara l-pandemija tal-COVID-19 u l-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna, il-Gvern Malti fittex li jipproteġi  liċ-ċittadini tiegħu miż-żidiet eżorbitanti fil-prezz internazzjonali taż-żejt. B’riżultat ta’ din id-deċiżjoni, il-prezzijiet tal-enerġija f’Malta baqgħu stabbli għall-familji.

Il-Gvern Malti għalhekk jilqa’ l-€24 miljun f’fondi tal-UE li ġew allokati permezz tal-pakkett SAFE biex jgħinu l-isforzi tal-pajjiż biex jappoġġja familji li qed jiffaċċjaw tbatijiet fi żminijiet diffiċli. Lallokazzjoni finanzjarja tifforma parti mill-għajnuna mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-Istati Membri flisforzi tagħha biex tindirizza l-kriżi tal-enerġija.

Stqarrija originali