Tkompli l-ħidma għat-tisħiħ fid-distribuzzjoni tal-elettriku

24.06.2024

Qiegħdin inkomplu nsaħħu s-sistema ta’ distribuzzjoni f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Fi Triq Guze’ Duca f’Ħal Qormi ser inkomplu l-proġett ta’ cables ġodda taħt l-art biex inkomplu nimmodernizzaw u nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni fiż-żoni tal-madwar.

Mil lum it-Tnejn 24 ta’ Ġunju ser tkun qiegħda tingħalaq parti minn Triq Ġuze Duca ‘merging lane’ biex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet.

Infrastructure Malta ser ikunu qiegħdin jagħmlu dan ix-xogħol bil-koperazzjoni ukoll ta’ Transport Malta fejn uffiċjali ser ikunu qiegħdin jidderieġu t-traffiku
.
Nirringrazzjaw lill-pubbliku tal-koperazzjoni.