Xogħlijiet ta’ Rinfurzar fis-Sistema tad-Distribuzzjoni f’San Pawl il-Baħar

09.01.2025

Flimkien ma’ Infrastructure Malta, ser nibdew xogħlijiet fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, fejn ser inpġġu 18-il kilometru ta’ cables ġodda taħt l-art.

Dawn ix-xogħlijiet jibdew nhar it-Tnejn 13 ta’ Jannar 2025.

Ix-xogħlijiet ser jibdew fit-toroq li ġejjin:

📌 Triq l-Arznell
📌Triq il-Wileġ
📌 Triq il-Lampuki

Dawn ix-xogħlijiet huma parti minn proġett usa’ li għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ s-sistema tad-distribuzzjoni b’60km ta’ cables f’21 lokalità madwar Malta u Għawdex.

Nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom u nitolbukom li ssegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali ta’ Transport Malta.