Ara kif żdiedet il-ġenerazzjoni tal-enerġija mix-xemx
14.01.2022
Fis-27 ta Marzu 2021, fis-siegħa ta’ wara nofsinhar il-pannelli tax-xemx ipproduċew nofs id-domanda tal-enerġija li l-gżejjer Maltin kienu qed jużaw dak il-ħin.
F’temp xemxi flimkien maż-żiffa dakinhar ħolqu ambjent ideali biex il-pannelli jilħqu l-aqwa tagħhom.
Din hija konferma oħra li r-Rebbiegħa hija l-aħjar staġun għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-pannelli fotovoltajiċi.
Sal-aħħar tal-2021, f’Malta u Għawdex kien hawn 30,114-il stallazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi.