Għal aktar stabbilta fil-provvista tal-elettriku fiż-Żurrieq

08.02.2022

Ħaddiema u tekniċi tagħna għaddejjin b’ħidma f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.

Fost il-lokalitajiet fejn qed isiru dawn ix-xogħolijiet hemm iż-Żurrieq, fejn b’investiment ta’ 1.5 miljun ewro s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku ser tkun tista’ tlaħħaq aħjar mad-domanda.

F’dan il-proġett qed jitpoġġew cables tal-11KV u feeders, filwaqt li ser isiru wkoll substations ġodda kif ukoll ser jiġu modernizzati żewġ substations oħra.

B’dan l-investiment, il-provvista tal-elettriku fiż-Żurrieq ser tkun tista’ tingħata ukoll miċ-ċentru tad-distribuzzjoni ta’ Ħal Kirkop minbarra dak ta’ Ħal Far.