Is-sigurta’ tal-interconnector prijorita’ għall-Enemalta

28.02.2022

Fi Frar li għadda saret spezzjoni ta’ rutina tal-interconnector taħt il-baħar bejn Malta u Sqallija.

Permezz tal-vapur speċjalizzat Havila Phoenix tal-kumpanija Nexans, inġinier tal-Enemalta flimkien ma’ tekniċi Norveġiżi b’apparat speċjalizzat eżaminaw l-interconnector biex jassiguraw il-ħarsien tiegħu.

L-operazzjoni ħadet 4 ijiem u matulha sar survey dettaljat tal-interconnector biex ikun assigurat li ma ġarrabx ħsarat b’attivitajiet marittimi,fosthom b’ankri tal-vapuri jew bix-xbieki tas-sajd.

B’dan is-survey li jsir minn żmien għal żmien, l-Enemalta tassigura kull manutenzjoni meħtieġa fuq dan il-cable li jagħmel parti mill-infrastruttura ta’ vultaġġ għoli.