Provvista’ tal-elettriku iktar stabbli fl-Imtaħleb

02.03.2022

Għadd ta’ familji fl-Imtaħleb qegħdin igawdu minn provvista’ tal-elettriku iktar stabbli hekk kif ġie installat Line Voltage Regulator (LVR). F’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex qiegħed jiġi nstallat dan l-appart fuq il-linji jew cables li jwasslu l-elettriku mis-substations għar-residenzi.

Imma x’jagħmel Line Voltage Regulator?

Line Voltage Regulator fih transformer li jaġixxi bħala step-up jew step-down transformer; iġifieri jekk il-vultaġġ ikun baxx, jgħolli l-vultaġġ jew jekk il-vultaġġ ikun għoli, jbaxxih. B’hekk l-output voltage jibqa’ dejjem konsistenti.