L-aħħar pass biex tiżdied il-kapaċita taċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni ta’ Ħal Tarxien
09.03.2022
Wasal it-tielet u l-aħħar transformer ġdid għaċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni ta’ Ħal Tarxien.
Bħalissa l-ħaddiema tal-Enemalta qegħdin jinstallaw u jittestjaw dan it-transformer, li minbarra Ħal Tarxien ikopri l-provvista’ tal-elettriku f’għadd ta’ lokalitajiet fosthom Ħal Għaxaq, Ħal Luqa, il-Gudja, Ħaż-Żabbar, Fgura u partijiet mill-Kottonera.
Dawn it-transformers ġodda li saru b’investiment ta’ madwar 2 miljun ewro għandhom:
• Kapaċita ta 30MVA (it-transformers l-antiki kellhom kapaċita ta’ 22.5MVA)
• Huma attrezzati b’teknoloġija moderna li tippermetti għall-moniteraġġ kontinwu tas-sistema
• Sistema ta’ cooling avvanzata li żżomm il-provvista’ aktar stabbli
Permezz ta’ dan il-proġett, dan iċ-Ċentru ta’ Distribuzzzjoni se jlaħħaq aħjar maż-żieda fid-domanda għall-elettriku u meta tinqala’ ħsara fuq transformer minnhom, iż-żewġ transformers l-oħra jistgħu jlaħħqu mad-domanda. B’hekk jista’ jonqos sew il-ħin t’interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku f’dawn il-lokalitajiet.