Ċentru strateġiku ta’ kontroll u Koordinament

21.04.2022

L-operat tan-network ta’ vultaġġ għoli tal-Enemalta jinġabar taħt saqaf wieħed fil-control room ċentrali fil-Marsa.

Hawnhekk l-inġiniera 24 siegħa kuljum 7t’ijiem fil-ġimgħa jikkoordinaw mal-inġiniera u t-tekniċi li jieħdu ħsieb in-network ta’ distribuzzjoni f’lokalitajiet differenti.

Bis-sistema SCADA, l-inġiniera fil-control room għandhom stampa sħiħa tan-network tal-vultaġġ għoli u jkunu jafu minnufih malli tiżviluppa ħsara f’xi parti minnu. Ix-xogħol tal-inġiniera fil-control room hu li jiżolaw fejn hemm bżonn sabiex isiru t-tiswijiet neċessarji u jimminimizzaw in-numru ta’ klijenti li jkunu se jiġu affettwati.

Dan isir billi jiġu di-attivati biss transformers u feeders neċessarji u jużaw rotot oħrajn tan-network ħalli l-provvista tad-dawl tingħata minn cables alternattivi fl-inqas ħin possibbli.

Fil-control room tal-Enemalta ssir ukoll l-analiżi teknika biex isiru l-interventi meħtieġa sabiex jissaħħaħ in-network ħalli jlaħħaq maż-żieda fid-domanda u jigi operat bl-aktar mod effiċċjenti.