Ħidma oħra għall-protezzjoni tan-network tal-Enemalta

11.05.2022

L-Enemalta tieħu l-prekawzjonijiet kollha possibbli biex ix-xogħlijiet mill-kuntratturi fit-toroq ma jikkawżax ħsarat fuq il-cables tal-elettriku.

Dan ix-xogħol spiss isir bil-lejl bil-prekawzjonijiet kollha biex jonqos l-inkonvenjent u l-periklu għall-ħaddiema.

Permezz ta’ strument apposta, l-ħaddiema jiddentifikaw u jimmarkaw minn fejn ikunu għaddejjin il-cables tal-elettriku.

Dan isir qabel jibda t-tħaffir fuq xogħlijiet infrastrutturali mill-kuntratturi fuq proġetti ta’ Infrastructure Malta, tal-Korporazzjoni tal-Ilma u proġetti tal-privat.

Eżerċizzju minn dawn sar nhar it-Tnjen, fi Triq il-Kbira San Guzepp fil-Ħamrun qabel jibdew xogħlijiet għall-Korporazzjoni tal-Ilma.

Għalkemm kull sena għadu jkun hemm cables li jintlaqtu mill-kuntratturi, l-Enemalta tagħmel l-almu tagħha biex dawn l-inċidenti jonqsu kemm jista’ jkun ħalli ma tkunx affettwata l-provvista tal-elettriku lill-familji u n-negozji.