Għal iktar stabbiltà fil-provvista tal-elettriku

24.05.2022

Diversi familji fiż-żona ta’ Triq San Piju V fir-Rabat, Malta fi ftit jiem oħra ser ikollhom aktar stabbiltà fil-provvista tal-elettriku.

Tekniċi tal-Enemalta installaw Line Voltage Regulator biex jistabilizza l-vultaġġ u jassiguraw iktar stabbiltà fil-provvista.

Dan qed isiru b’diversi bnadi li qed jiġu identifikati mill-istudji tekniċi li l-inġiniera tal-Enemalta jagħmlu kontinwament fuq in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku.

Dawn l-istadji jidentifikaw il-problemi u jfasslu strateġiji u soluzzjoni skont kull każ.