Proġett ieħor ta’ tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni
02.08.2022
L-Enemalta qed tkompli ssaħħaħ partijiet tan-Network f’inħawi partikolari billi tgħaddi cables ġodda sabiex jaqdu ż-żieda fid-domanda ta’ l-elettriku.
Fl-aħħar ġimgħat sar xogħol biex tpoġġa Cable ġdid tal-11kV bejn il-Mosta u l-qasam tad-djar ta’ Ħal Lija li ser ikun qed iservi biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku għal eluf ta’ klijenti fl-inħawi.
Minħabba distanza bejn il-Mosta u Ħal Lija, l-cable kellu jiġi imġannat b’għadd ta’ cable joints li kull wieħed isir b’teknika skont il-pariri tekniċi tal-manifattura ta’ dawn il-ġonot.
Parti minn dan il-cable ġie mgħoddi f’mina ta’ l-Enemalta mingħajr il-ħtieġa li isir tħaffir fit-toroq.
B’dan l-investiment residenti fil-partijiet tal-Mosta, H’Attard, Ħal Lija, l-Iklin, in-Naxxar, B’Kara u saħansitra l-Ibraġġ ser jibbenefikaw minn dan it-tisħiħ fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-elettriku.