Kapaċità akbar fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Imrieħel
02.09.2022
It-tieni transformer fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Imrieħel għadu kif tqabbad mal-grid nazzjonali tal-elettriku.
Dan wara li fl-aħħar ġimghat transformer ġdid b’kapaċità ta’ 15/22.5MVA ġie installat u saru t-testijiet meħtieġa mit-tekniċi tal-Enemalta.
It-tieni transformer f’dan iċ-Ċentru jassiguraw aktar effiċjenza u stabbiltà fil-provvista tal-elettriku lil eluf ta’ klijenti tagħna.