Jibdew it-tħejjijiet biex jissewwa l-interconnector.
16.09.2022
F’Delimara bdejna nħejju għall-wasla tal-vapur li ser jagħmel it-tiswijet tal-interconnector, wara l-ħsara li ġarrab f’Marzu li għadda b’ankra tat-tanker CHEM P f’Marzu l’għadda.
L-ewwel pass titneħħa l-ankra u mbagħad jibda jittella’ l-cable biex jinqata’ u jibdew isiru ġonot. Dax-xogħol mistenni jiehu madwar 6 ġimgħat.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, Jonathan Cardona, qal lil TVMnews li l-ispiża hu stmat li tilħaq mal-€50 miljun għat-tiswija nnifisha u għall-enerġija meħtieġa biex tagħmel tajjeb għaż-żmien meta l-interconnector ser ikun mitfi. Spjega li l-kumpanija qed tfittex lis-sidien tal-vapur għad-danni b’kawzi li tliet pajjiżi.