Xogħol f’substation għall-installazzjoni tal-pannelli f’Bulebel
28.02.2023
L-installazzjonijiet tal-pannelli, l-aktar meta dawn jkun kbar, ikunu jinħtieġu tibdil sinifikanti fis-substation biex l-enerġija ġenerata minnhom titqabbad mal-grid nazzjonali.
L-inġiniera u t-tekniċi tagħna għadhom kif għamlu tibdil f’cables u f’substation f’Bulebel li ser tirċievi l-enerġija mill-installazzjoni ta’ pannelli fuq waħda mill-fabbriki f’din iż-żona industrijali.
Din l-istallazzjoni ser tiġġenera 272 kW ta’ elettriku li jidħol fil-grid tal-Enemalta.
Dan huwa proġett ieħor ta’ enerġija nadifa u sostenibbli.