Tibdil ta’ switchgear f’għadd ta’ substations
08.08.2023
Fost ix-xogħol ta’ tisħiħ li tagħmel l-Enemalta hemm dak tal-iswitchgear. It-tibdil għal switchgear aktar modern ifisser li qed nżidu l-awtomazzjoni fis-substations u b’hekk il-klijenti jgawdu fost oħrajn minn provvista tal-elettriku aktar stabbli u anqas dewmien fl-istennija meta tinqala’ xi ħsara.
Bħalissa għaddej xogħol ta’ dan it-tip fuq numru ta’ substations differenti.
Il-proċess jinkludi:
✅ L-installazjoni ta’ switchgear temporanju
✅ Xogħol strutturali bħal tħaffir, bi preparazzjoni għat-tgħamir il-ġdid
✅ L-installazjoni tas-switchgear il-ġdid
✅ Testing qabel ma jitqabbad mal-grid
✅ Issir il-qalba finali u jidħol fis-servizz is-switchgear il-ġdid