Tkabbir ta’ transformer fil-Għargħur
28.10.2023
F’substation fil-Għargħur, timijiet tekniċi tagħna għaddejjin bi proċess biex jitkabbar it-transformer b’kapaċita ta’ 800KVA għal transformer b’kapaċita ta’ 1600KVA, sabiex nilqgħu għad-domanda futura f’din iż-żona.
Sakemm isir dan il-proċess, sabiex jonqos il-ħin t’interruzzjoni il-provvista tal-elettriku qed tiġi fornuta minn sors alternattiv biex dejjem jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti tal-akwati.