Tqegħid ta’ cables fiż-Żurrieq
10.01.2024
Din il-ġimgħa qed nibdew xogħlijiet ta’ tqegħid ta’ cables ta’ 11-il kilovolt f’partijiet minn Triq Ġużeppi Mattew Callus, Triq Don Carlo De Giovanni Inglott, Vjal l-Indipendenza, Triq Bubaqra, Triq Żakkarija Roncali, Triq it-Torri u Triq in-Nigret, iż-Żurrieq.
Dan qiegħed isir bħala parti minn proġett biex insaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’din il-lokalità u l-inħawi u biex inlestu dan it-tisħiħ tan-netwerk mill-aktar fis.
Partijiet minn dawn it-toroq jistgħu jkunu magħluqin waqt dawn ix-xogħlijiet.
Grazzi tal-koperazzjoni.