“Titjieb fis-sistema ta’ Distribuzzjoni tal-elettriku”

24.01.2024

Din il-ġimgħa qed nibdew xogħlijiet relatati mat-tqegħid ta’ cables tal-11-il kilovolt f’parti minn Triq Ħal Tarxien, il-Gudja.

Parti minn din it-triq, direzzjoni Gudja, tista’ tkun magħluqa waqt dawn ix-xogħolijiet.

Dan il-proġett huwa parti minn sensiela ta’ proġetti ta’ rinfurzar li għaddejin f’lokalitajiet differenti, bil-għan li tkompli tissaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni madwar Malta u Għawdex.