Tisħiħ fis-sistema ta’ Distribuzzjoni

11.06.2024

Parti mill-proġett importanti għat-tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-Enemalta huwa n-network li jgħaqqad iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni (DC) tal-Marsa maż-żoni ta’ Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ. L-Enemalta ghaddejja bl-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett biex tiżdied il-konnettività minn dan id-DC għaż-żewġ lokalitajiet.

Bħala parti minn dan il-progett, Infrastructure Malta ser taghmel xi xogħol fi Triq L-Imdina, Ħal Qormi. Permezz ta’ dan ix-xogħol Enemalta mbaghad tkun tista’ tgħaddi cables ġodda taħt l-art u tneħħi overhead line.

Filwaqt li nitolbukom issegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali ta’ Transport Malta u s-sinjali ta’ gwida, nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom.