Id‑data personali tal‑konsumaturi li ġeneralment niġbru u nipproċessaw tinkludi:
- Isem,
- Kunjom,
- Numru tal‑Karta tal‑Identità/numru tal‑Passaport u n-numru tad-dokument assoċjat (dan id-dokument jintuża biex tiġi vverifikata l-identità tal-individwu: (i) fl-uffiċċji tagħna jintalab id-dokument oriġinali meta tiġi sottomessa applikazzjoni jew talba għal informazzjoni; jew (ii) f’każ ta’ email/posta, tintalab li tiġi sottomessa kopja ma’ applikazzjoni jew talba għal informazzjoni, liema kopja tad-dokument tiġi mħassra wara li ssir il-verifika neċessarja),
- Indirizz,
- Numru ta’ kuntatt,
- Indirizz elettroniku,
- Qari tal‑arloġġ (meter),
- Data fuq il-pożizzjonament tal-meter,
- Informazzjoni dwar kontijiet,
- Dettalji dwar il-vettura elettrika li jinsabu fiċ-ċertifikat maħruġ minn Transport Malta, li jinkludu n-numru u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vettura, fejn applikabbli,
- Numru tal‑kont u tal‑meter.
Jista’ jagħti każ li tinġabar aktar informazzjoni għal sitwazzjonijiet speċifiċi.
Tinġabar ukoll data personali ta’ persuni li joqogħdu fl‑istess residenza/binja, persuni li jistgħu jipprovdu aċċess għar‑residenza/binja u persuni li jispezzjonaw u/jew jiċċertifikaw l‑installazzjonijiet tal-elettriku.