Proġetti varji għat-tisħiħ tal-infrastruttura tagħna fil-Mellieħa
28.09.2022
Bdejna x-xogħol fuq proġett ieħor ta’ tisħiħ fuq is-sistema tal-vultaġġ medju fil-Mellieħa bħala parti mill-pjan tagħna għat-titjib fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
B’dan il-proġett qegħdin inpoġġu cable tal-11kV li ser jgħin biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku għall-klijenti tagħna.
Fl-istess waqt qed ninstallaw tagħmir bl-aħħar teknoloġija f’substations eżistenti fil-Mellieħa. B’dan it-tagħmir in-network tagħna f’din il-parti ta’ Malta tkun aktar flessibbli. B’hekk, f’każ li tiżviluppa ħsara, l-inġiniera tagħna jkunu jistgħu jagħtu lura l-provvista tad-dawl fl-iqsar ħin possibbli minn sorsi alternattivi.