Xogħlijiet ta’ tisħiħ tan-Network tal-Elettriku fi Triq il-Ħwawar

23.10.2026

Enemalta bdiet xogħlijiet ta’ tisħiħ tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku fi Triq il-Ħwawar, fl-inħawi tal-Iklin u San Ġwann, bil-għan li tkompli ttejjeb l-affidabbiltà u l-effiċjenza tal-provvista tal-elettriku.

Minħabba dawn ix-xogħlijiet, Triq il-Ħwawar se tkun temporanjament magħluqa għat-traffiku minn u lejn Triq tal-Balal.

Ir-residenti u s-sewwieqa huma mitluba jsegwu s-sinjali u l-arranġamenti temporanji tat-traffiku fis-seħħ matul il-perjodu tax-xogħlijiet.

Enemalta tirringrazzja lill-pubbliku tal-paċenzja u l-kooperazzjoni tiegħu, filwaqt li tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq.