Sistemi tal-enerġija rinnovabbli konnessi mal-grid

Bħala l-operaturi tan-netwerk tal-elettriku, aħna responsabbli sabiex nipprovdulek it-tagħmir ta’ metraġġ u konnessjoni neċessarju biex tuża l-ġeneraturi tal-enerġija rinnovabbli tiegħek (bħat-turbini tar-riħ jew il-pannelli fotovoltajċi), biex tixħet l-elettriku fil-grid.

Il-ġeneraturi tal-enerġija rinnovabbli konnessi mal-grid huma regolati mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma. Qabel ma tqabbad sors tal-enerġija rinnovabbli (RES), bħall-pannelli fotovoltajċi, mal-grid nazzjonali tal-elettriku, inti trid tikseb approvazzjoni bil-miktub mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Elettriku u l-Ilma (REWS).

Għal aktar informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet regolatorji meħtieġa għal ġeneraturi ġodda tal-enerġija rinnovabbli konnessi mal-grid, irreferi għall-formoli tal-applikazzjoni tal-ARMS li ġejjin għall-konnessjoni ta’ dawn is-sistemi, jew żur www.rews.org.mt.

Approażżjoni ta’ sistemi akbar minn 16 A għall kull phase
Għal kwalunkwe sistema tal-enerġija rinnovabbli (RES) akbar minn 16 Amperes kull phase (> 16A/Phase), inti tkun trid ukoll dokument tal-Ebda Oġġezzjoni mingħand Enemalta plc. Biex tagħtik dan id-dokument, l-Enemalta twettaq studju tal-konnessjoni mal-grid.

Din il-gwida tispjega l-proċedura segwita mill-Enemalta biex twettaq l-istudju tal-konnessjoni mal-grid u tipprovdi d-dokument tal-Ebda Oġġezzjoni u xi dettalji importanti oħra relatati:

Jekk inti interessat li tikkonnettja RES mal-grid nazzjonali tal-elettriku, ikollok bżonn titlob l-approvazzjoni tar-REWS. Il-formoli tal-applikazzjoni u dettalji addizzjonali huma disponibbli hawnhekk.

Ladarba r-REWS japprova l-applikazzjoni tiegħek, inti tiġi ggwidat biex tapplika għand l-Enemalta permezz ta’ email fuq [email protected] bid-dokument “Dettalji għad-DSO” maħruġ mir-REWS.  L-Enemalta mbagħad tipprovdi l-feedback neċessarju u/jew id-dokument tal-Ebda Oġġezzjoni fiż-żminijiet speċifikati fil-Gwida għall-Proċess ta’ hawn fuq.

Mhuwiex eskluż li applikant ikun jixtieq iwettaq studju preliminari tal-konnessjoni mal-grid għal skopijiet ta’ fattibbiltà qabel ma jagħmel talba lir-REWS. L-applikazzjonijiet għal ġeneraturi mqabbda mal-grid li ma jkunux se jibbenefikaw minn skema ta’ Feed-in Tariff, eż. Impjant ta’ koġenerazzjoni (CHP) jew PV maħsub biss għall-użu proprju, għandu jkollhom studju tal-grid ma’ Enemalta Plc qabel japplikaw għand ir-REWS. L-allokazzjoni proprja tal-grid issir ladarba inti tidħol fi ftehim mal-Enemalta plc fuq [email protected]